The Lion King kien ħareġ bejn il-15 u s-16 ta’ Ġunju tal-1994 u b’hekk illum għalaq 32 sena! Il-film ta’ Disney, sar wieħed mill-aktar films ikoniċi u klassiċi.
Il-film irċieva kritika pożittiva għall-mużika, l-istorja, it-temi u l-animazzjoni tiegħu. Il-film ġab 763 miljun dollaru madwar id-dinja u sar l-ogħla film tal-1994 u t-tieni l-ogħla film ta’ kull żmien.
Għal xi żmien, kien ukoll il-film animat bl-ogħla qligħ sakemm it-titlu ttieħed minn Finding Nemo fl-2003.
Il-film intgħażel ukoll għall-preservazzjoni fir-Reġistru Nazzjonali tal-Films tal-Istati Uniti mil-Librerija tal-Kungress minħabba li huwa kulturalment, storikament u estetikament sinifikanti.
Sensiela oħra ta’ Lion King ħarġet propju 7 snin ilu fl-2019.
Facebook/ The Lion King