Murtali Tad-Daħna Spettakolari u Kkuluriti – 12th May Fireworks Factory Jimpressjonaw Bil-Kbir

Murtali kkuluriti

Ilbieraħ fuq il-paġna 12th May Band & Social Club ippubblikaw ġmiel ta’ ritratti li juru murtali tad-daħna spettakolari u kkuluriti li tassew impressjonaw.

Bosta kkummentaw u rreaġixxew għal dawn ir-ritratti meħudin b’mod professjonali mill-fotografu Leo Ciappara. Il-paġna 12th May Band & Social Club isejħu din il-wirja bħala Murtali tad-Daħna – Uniċi.

Mill-kummenti ta’ dawk li rawhom jidher li kollha l-istess kelma, meravilja. Din il-wirja ta’ murtali tinsab fuq fomm kulħadd, u ħafna nies jifirħu lill-ħaddiema fi ħdan il-fabbrika tan-nar tal-ajru.

Prosit! Wisq, xi ġmiel!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI