Big Brother Malta: Il-Flus Li Mhux Se Jintefqu Mill-Baġit Ta' Kull Ġimgħa Se Jingħataw B'Donazzjoni Lil Hospice Malta

F’inizjattiva mill-aqwa, Big Brother Malta ħabbar li l-flus li mhux se jintefqu mill-baġit ta’ kull ġimgħa għax-xirja mill-kontestanti, se jiġu mogħtija direttament lil Hospice Malta.

Dan il-ġest ġeneruż mhux biss jappoġġja kawża straordinarja iżda wkoll għandu jservi bħala motivazzjoni addizzjonali għall-kontestanti tal-Big Brother biex ikunu aktar konxji tal-infiq tagħhom kull ġimgħa.





B’dak li se jiffrankaw, il-kontestanti se jkunu qed jikkontribwixxu għall-ħidma vitali ta’ Hospice Malta, li tipprovdi kura u appoġġ għal pazjenti u familji li qed jaffaċċjaw mard li joħloq diversi sfidi.

Ilbieraħ, il-kontestanti għażlu x’jixtiequ jinkludu fix-xirja tal-ġimgħa tagħhom, fejn kellhom ftit minuti biex jiddeċiedu bejniethom x’se jixtru.

X’taħseb dwar din l-inizjattiva?



Facebook / Big Brother Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI