Inġibed filmat ftit ilu fuq il-kanal ta’ Maltese Blogger waqt mixja f’waħda mill-isbaħ partijiet f’Malta. Tul il-ħarġa irnexxielu jiġbed filmat b’din il-veduta meraviljuża li forsi għadek ma esperjenzajtx qabel!
Dan il-vjaġġ jeħodna lejn il-belt kwieta ta’ Malta, u li kienet Belt Kapitali żmien ilu, L-Imdina. Il-veduta tidher sewwa sew mill-Fontanella. Sid il-filmat qalilna dwar il- fatt li L-Imdina tinsab fil-gholi, u għalhekk wiehed jista’ japprezza ghalfejn kienet inbniet hemmhekk din il-belt iffortifikata. Minn hemm l-ghadu kien jidher meta jkun riesaq lejn l-Imdina, u b’hekk il-preparamenti setghu jibdew biex jiddefenduha.
Ilek ma żżur L-Imdina? Qatt rajt din il-veduta qabel?