Ilbieraħ Miriana Conte, l-ambaxxatriċi Maltija għall-Eurovision 2025, kienet mistiedna waqt is-selezzjoni nazzjonali tal-Eurovision 2026 ġewwa l-Finlandija. Mhux biss iżda kienet waħda mill-membri tal-ġurija!
Xħin il-preżentatriċi kellmitha, hekk kif waslet biex tagħti l-voti tagħha, staqsietha dwar il-fatt li tneħħiet il-kelma KANT fit-titlu tal-kanzunetta Maltija, u r-raġuni għala ġara dan.
Miriana qalet statement wieħed, li qanqal lill-udjenza u dawk preżenti kollha tawha applaws, hekk kif għadha sal-lum maħbuba u ammirata mill-fans tal-Eurovision minn madwar id-dinja.
“Bażikament sa issa lkoll tafu li l-kelma ‘kant’ bil-Malti tfisser singing. Forsi neħħewlna l-kelma, imma servejna KANT? U żgur li hekk għamilna!”
Il-preżentatriċi u l-udjenza qablu bla tlaqliet dwar dan! Kemm aħna kburin bik, Miriana!