“Kundizzjoni Ġenetika Li Ġġib Magħha Saħħiet Uniċi… Nies Bid-Down Syndrome Iġibu Magħhom Ferħ, Kreattività, U Reżiljenza” – Michelle Rausi

Michelle Francesca Rausi

Michelle Rausi, omm il-mudella Maltija Francesca Rausi, ippubblikat messaġġ ta’ għarfien u inkoraġġiment biex tfakkar li x-xahar ta’ Marzu huwa ddedikat għall-għarfien dwar id-Down Syndrome.

Fil-messaġġ tagħha, hija enfasizzat li Marzu huwa x-xahar għall-għarfien tad-Down Syndrome, żmien speċjali biex niffukaw fuq l-abbiltajiet straordinarji u l-kontributi importanti ta’ persuni bis-Down syndrome fis-soċjetà.

Michelle spjegat li d-Down syndrome hija kundizzjoni ġenetika li ġġib magħha saħħiet u perspettivi uniċi. Hija sostniet, “Persuni bid-Down syndrome iġibu magħhom ferħ, kreattività u reżiljenza fil-komunitajiet tagħhom. Ejjew niffukaw aktar fuq l-abbiltajiet tagħhom milli fuq il-limitazzjonijiet.”

Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, hija ħeġġet lil kulħadd biex jgħin ixerred l-għarfien billi nitgħallmu aktar dwar is-suġġett, naqsmu informazzjoni pożittiva u niċċelebraw il-ħila u l-isbaħ kwalitajiet ta’ persuni bis-Down syndrome.







Ritratti:

Facebook/ Michelle Rausi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI