Bil-Filmat: Fuq AWLA Jidher Għall-Ewwel Darba T-Tifel Ta’ Nigel U Elaine!

F’episodju speċjali tal-programm AWLA fuq ONE TV, rajna għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni lit-tifel ta’ Nigel u Elaine, mument li qanqal ħafna emozzjoni fost it-telespettaturi.

Nigel huwa wiċċ magħruf fuq ONE TV, fejn rajnieh diversi drabi jippreżenta u janalizza stejjer mill-gazzetti, dejjem b’stil ċar u dirett. Din id-darba iżda, deher f’kuntest aktar personali, hekk kif il-pubbliku kellu l-opportunità jiltaqa’ wkoll mal-aktar persuna importanti f’ħajtu, l-għażiż ibnu.



Dan l-episodju ta’ AWLA kien wieħed speċjali għall-perjodu festiv, fejn ġew intervistati numru ta’ personalitajiet magħrufa li qasmu mumenti personali, stejjer u riflessjonijiet f’atmosfera aktar rilassata u familjari. Id-dehra tat-tifel ta’ Nigel u Elaine żiedet aktar emozzjoni ma’ programm li diġà kien mimli mumenti sbieħ.



Episodju li żgur jibqa’ mfakkar bħala wieħed mill-aktar teneri u speċjali ta’ dan il-perjodu festivi.



Ritratti:

Facebook / AWLA

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI