Identità Malta qed tkompli ssaħħaħ il-proċessi relatati mal-ħaddiema barranin, b’inizjattiva ġdida li tiffoka fuq preparazzjoni aħjar qabel dawn jaslu Malta.
F’post riċenti fuq il-midja soċjali, ġie spjegat li ħaddiema minn barra l-Unjoni Ewropea li se jiġu jaħdmu f’Malta għall-ewwel darba issa huma meħtieġa jsegwu kors apposta u dan qabel saħansitra jitilqu minn pajjiżhom.
Din il-miżura għandha l-għan li tipprepara lill-ħaddiema aħjar għall-ħajja u x-xogħol f’Malta, filwaqt li tgħinhom jifhmu aktar dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, kif ukoll il-kultura u s-sistemi lokali.
Identità Malta ħeġġet lill-pubbliku biex isir jaf aktar dwar din l-inizjattiva, li hija parti minn sforzi usa’ biex jiġi żgurat proċess aktar organizzat u trasparenti għall-impjieg ta’ ħaddiema barranin fil-pajjiż.