Bil-Filmat: "In-Nies Kienu Jgħidulna, 'Qiskom Id-Di u D-Do'" – Il-Ġenituri Tal-Mibkija Mirabelle Emozzjonati Waqt Li Jitkellmu Dwarha

Waqt Kuxjenza ħa niltaqgħu ma’ Charmaine u Michael Falzon, li huma l-ġenituri ta’ Mirabelle, it-tfajla li ħallietna s-sena li għaddiet f’traġedja ġewwa Marsaskala.

Bla dubju dik kienet trawma għall-familja kollha, u waqt li kienu jitkellmu fuqha fl-intervista ma’ Maria La Barokka Muscat, dehru emozzjonati. Charmaine tiddeskrivi lil Mirabelle mhux biss bħala bintha, iżda ħabiba wkoll.

“Kollox kellha, mhux għax it-tifla tiegħi. Kellha qalbha tajba ħafna, tħobb tgħin ħafna. Karattru tal-bligħ. Ma kontx ngħid dik it-tifla tiegħi, kont ngħid dik il-ħabiba tiegħi. Konna ninżlu livell ta’ xulxin, kullimkien flimkien. Il-ħbieb kienu jgħidulna, ‘qiskom id-di u d-do.'”

 Segwu aktar fil-programm Kuxjenza s-Sibt 17.30 fuq TVM+







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI