L-attur u direttur Dominic Said, li rajnieh f’diversi produzzjonijiet matul is-snin, fosthom Qegħdin Sew, Undercover, Saħta fuq Uliedi u aktar, kien mistieden waqt Kuxjenza.
Hu tkellem dwar kif it-teatru jista’ jservi ta’ terapija għal dak li jkun. “It-teatru huwa forma ta’ terapija. Flok ħadt kalmanta, sibt forma ta’ żvog, għax inti qed tiltaqa’ man-nies, biddilt, qed tħaddem moħħok biex tistudja l-parti, qed tisma’ lill-oħrajn, qed tissoċjalizza…”
Dominic jgħid li l-fatt li ħriġt mid-dar diġà tajjeb. Kuxjenza s-Sibt fil-17:30 TVM+