Bil-Filmat: Julie Pomorski Toħroġ L-Ewwel Kanzunetta Minn Serje Ta' Kanzunetti Ġodda!

Il-kantanta li żgur li m’għandhiex bżonn introduzzjoni Julie Pomorski, illum ħarġet l-ewwel kanzunetta minn serje ta’ kanzunetti ġodda bi kliem u mużika tagħha stess. Il-kanzunetta ‘Ar’Int!’ hi biss il-bidu għal dak li qed nistennew!

Għalkemm Julie kitbet din il-kanzunetta tliet snin ilu, hi ddeċidiet li għandha taqsamha ma’ kulħadd issa għax il-messaġġ tagħha jibqa’ kurrenti u żgur li ħafna jistgħu jirrelataw magħha. Dan għaliex il-kanzunetta tirrappreżenta dawk il-persuni li xi darba jew oħra ingidmu minn xi ħadd li ta l-impressjoni li jixtieq jew tixtieq relazzjoni intima.

Isimgħu l-kanzunetta ‘Ar’Int’ hawnhekk!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI