Waqt il-programm Personaġġi fuq TVM, preżentati minn Joseph Chetcuti, kienet mistiedna Lara Azzopardi. Lil Lara nafuha bħala attriċi, preżentatriċi, infermiera, u persuna bi spirtu tant pożittiv.
Lara u Joseph tkellmu dwar is-sigriet ta’ meta titbissem, u l-effetti pożittivi li tħalli fuqek u fuq ta’ madwarek.
“Nipprova nkun pożittiva kemm jista’ jkun, mhux dejjem jirnexxieli nitbissem, naturalment il-ħajja tagħtik l-isfidi tagħha, imma kemm jista’ jkun ngħid, ‘ejja nkunu pożittivi’… meta tidħak tħossok tajjeb…”
Lara ssemmi anke dak li darba qalilha pazjent, hekk kif f’perjodu ta’ tbatija li tkun għaddejja minnu persuna, bi tbissima kapaċi ġġiegħelha tħossha aħjar.
“Darba pazjent qalli, jiena li tiġi fuqi infermiera u tidħakli, u tgħidli, ‘Bonġu Salv, kif inti llum?’… huwa biżżejjed.” Segwi aktar fil-filmat: