“Kemm tħoss li int fortunat?”- din hi l-mistoqsija li tħoll u torbot waqt il-programm ġdid li ser jibda minn Ottubru li ġej fuq TVM. Il-preżentatriċi Angie Laus ħabbret li ser tkun qed tirritorna bi programm ġdid, bl-isem ta’ Fortuna.
Waqt dan il-programm jekk tipparteċipa u tkun fortunat biżżejjed, ser tirbaħ rigali sbieħ, u tkun il-Fortuna tal-ġurnata. Angie tgħid li ser jibda jitħabbar mit-Tnejn sal-Ħamis wara l-aħbarijiet tat-20:00
Jista’ japplika kull min għandu ‘l fuq minn 16-il sena, billi jidħol fil-paġna ta’ Facebook tvm.com.mt, jibgħat isem, kunjom, jikteb li qed japplika għal “Fortuna“, u n-numru tal-mobile. Minn hemm ‘il quddiem għandek tistenna mingħand it-tim ta’ Fortuna.
Taħseb li kapaċi tkun xortik tajba? Mela applika issa!