Bil-Filmat: “Kienet Ser Toqtolni Ommi Dakinhar” Michela Pace

Fl-aħħar Primetime li sar fis-sena 2019 kien hemm mistiedna l-kantanta li rrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2019, Michela Pace. Michela kixfet diversi affarijiet li ma konniex nafu. Fosthom li dalwaqt ser tkun qed tniedi l-ewwel album tagħha!

Il-preżentatur tal-programm, Owen Bonnici staqsa lil Michela x’kien ġralha bil-fire extinguisher! Michela tirrakonta li meta kellha 8 snin kienet xtrat brazzuletta b’isimha. Kienet innotat kif bdiet tagħmel din il-brazzuletta bil-wax imdewweb. Il-praspura bdiet meta l-brazzuletta ta’ ħuha bdiet tinqala’. Omm Michela provat tirranġa u Michela b’ċajta qaltilha li ser iġġib il-fire extinguisher!

“Ma kontx naf li meta tneħħilu ċ-ċavetta u tafgħsu jispara! Kien tar-ramel niftakar, u kellha l-bibien kollha miftuħin ommi, u mlejtilha d-dar! Għamlet ġimgħa tneħħi r-ramel! Kienet ser toqtolni!” tirrakonta Michela.

Ara l-intervista sħiħa hawn:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI