Ilbieraħ, il-paġna lokali Maltese Islands Weather tellgħet appell. Appell li żgur iqanqal tant u tant emozzjonijiet, speċjalment wara l-mewta tat-tifla ta’ 13-il sena mill-Polonja li nġarret minn mewġa massiva l-baħar fiċ-Ċirkewwa.
Huma jiktbu, “Is-sitwazzjoni ħdejn il-baħar tista tinbidel fi ftit mumenti. Filli jkollok mewġ kemm kemm jaqbeż fuq l-art, imbagħad titla waħda li tkaxkar magħha kull ma ssib quddiemha. Ma tridx xi mewġa enormi biex iġġiegħlek titlef il-bilanċ u titfak mal-art. Trid biss żewġ filati ilma! Minn hemm l’ hinn ma għandek l-ebda kontroll fuq x’jiġri minnek.”
Huma jispjegaw, “Dan il-filmat meħud minnha 11-il sena ilu. Kont għadni żagħżugħ moħħ ir-riħ u onestament ma jgħaddux minn moħħok ċertu affarijiet. Illum il-ġurnata ma’ nażżardax nagħmilhom ħafna affarijiet li kont nivvinta dak iż-żmien. Kunu prudenti u żommu d-distanza ħdejn il-baħar. Jekk tinnutaw xi ħadd qed jażżarda żżejjed għidulhom.”
Ma’ dan iżidu, “Huma minnu li minn ma jkunx jgħix ħdejn il-baħar ma jkunx jafhom dawn l-affarijiet. Bl-istess mod aħna kultant ma nkunux nafu x’perikli nafu nidħlu fihom meta nkunu f’ambjenti differenti barra minn xtutna. Forsi idea tajba li jibda jkun hemm informazzjoni utli f’idejn min ikun qed iżurna?”
Huma jtemmu, “Illum kulħadd jaf kif il-każ sfortunat tal-aħħar jiem spiċċa. Ġurnata sewda. J’Alla dik il-familja ssib is-sabar u s-sapport li għandha bżonn. Grazzi wkoll lil kull min għen fl-operazzjoni.”
Agħfsu HAWN biex taraw il-filmat li qasmu!
Facebook / Maltese Islands Weather