Il-kantant lokali Ivan Grech huwa wieħed mill-artisti ta’ pajjiżna li għadda kemm għadda żmien baqa’ maħbub u apprezzat mill-pubbliku. Meta jkollu xi avveniment jew xi wirja ta’ kant, dejjem ħa tara appoġġ kbir mill-Maltin u l-Għawdxin.
Ivan kiteb kelmtejn mill-qalb biex jesprimi gratitudni. “Grazzi lill-folla tal-għaġeb u Grazzi speċjali lil ħafna minnkom li ġejtu aktar kmieni, minkejja s-sħana, biex tkunu hemm għall-ispettaklu tiegħi. L-appoġġ tagħkom dejjem ikun l-ispirazzjoni ewlenija tiegħi. Il-Vjaġġ Ikompli…”
Nawgurawlek ħafna aktar suċċessi Ivan!
Facebook/ Ivan Grech