Claudia minn Spanja tagħmilha fuq Malta’s Got Talent! Claudia għandha 12-il sena u tgħid li togħġobha ħafna Malta. Ilha tgħix hawn 3 snin. Tgħid li kienet eċitata xħin semgħet li f’Malta kien ser jibda dan il-programm.
Ta’ Spanjola li hi, Claudia tagħti prestazzjoni bi żfin spanjol. Sarah tqum iċapċpilha! Howard ifaħħarha għal mod kif għamiltha b’tant faċilita. Ray jgħidilha li kellha ħafna dixxiplina!
Il-ġurija jagħtuha kollha 4 ‘Iva’. Għoġbitek?