Bil-Filmat: Legacy – Jitwieled It-Tifel Tal-Hooli U L-Partner Tiegħu U Jagħtuh Isem Oriġinali!

Ilbieraħ filgħaxija fuq il-mezzi soċjali tiegħu, il-Hooli ħabbar li hu u t-tfajla tiegħu saru ġenituri taċ-ċkejken Legacy. Il-koppja għażlu isem oriġinali u mhux daqstant komuni. Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Hooli jistqarr li qed jaqsmu l-isbaħ ħaġa li setgħet ġratilhom.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nifirħu lil Hooli u t-tfajla tiegħu għat-twelid taċ-ċkejken Legacy. Ninsabu ċerti li huma tassew ħerqanin biex jibdew dan il-vjaġġ. Vjaġġ li jġib miegħu diversi emozzjonijiet, iżda huwa vjaġġ li diffiċli biex ġenitur jispjegah bil-kliem.

Tarbija ġdida ġġib magħha ferħ, ħolm u aspirazzjonijiet ġodda. Awguri mill-qalb għeżież, tassew għandkom ġojjel.





Facebook / HOOLI



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI