Bħalissa bosta telespettaturi qed ikunu ħerqana biex isegwu l-istorja ta’ CASA Ċelestina minn ġimgħa għall-oħra. Is-sensiela tixxandar kull nhar ta’ Tlieta fuq TVM.
Id-direttur u awtur Desier Debono qasam filmat fuq il-midja soċjali fejn ta aġġornament dwar il-filming li għaddej ġmielu ta’ aktar episodji minn din is-sensiela. Jidher li lestew minn sessjoni ta’ filming u ħa jkomplu b’oħra f’post ieħor.
“Lestejna l-ewwel sessjoni ta’ filming… minkeja li llum il-Ħadd xorta nibqgħu naħdmu, apparti filming ikollna affarijiet oħra,” jgħid Desier.
Desier ifakkar li bħal-lum fis-14:30 fuq TVM+ tixxandar repetizzjoni ta’ CASA Ċelestina. Jirringrazzja lil kulħadd tal-appoġġ kontinwu.
Facebook/ CASA Ċelestina