Fuq il-paġna tal-programm maħbub Bundytime, it-tim ħejja servej ieħor għas-segwaċi u telespettaturi. DIn id-darba servej dwar liema l-iktar kulur tan-nuċċali xeraq lil John.
Bosta ħadu sehem f’dan is-servej, u kkummentaw bl-għażla tagħhom. Min qallu li jixraqlu l-aħmar, u min mar għall-iswed. Kien hemm xi kummenti sbieħ fejn qalulu li jixirqulu kollha, anke għall-fatt li għandu karattru kkulurit.
Int x’taħseb? Liema kieku tissuġġerilu jilbes? John għadu jasal fid-djar tan-nies f’Bundytime kull nhar ta’ Sibt fid-20:45 fuq TVM.
Facebook/ Bundytime