Bil-Filmat: Nirien Jaħkmu L-Katidral Ta’ Nantes Fi Franza

Ftit tas-siegħat ilu, l-katidral ta’ Nantes fi Franza nħakem min-nirien kbar, li huma maħsubin li saru apposta. Tliet nirien inbdew fuq il-post u għaddejja investigazzjoni dwar l-inċident suspettat, qal il-Prosekutur Pierre Sennes.





In-nar qered l-istained glass tat-twieqi kif ukoll l-orgni grandjuż fil-katidral ta’ Saint-Pierre-et-Saint-Paul, li jmur lura għas-Seklu 15. Dan kollu qed iseħħ sena wara n-nar devastanti fil-katidral ta’ Notre-Dame f’Pariġi. Iżda l-kap tan-nar lokali qal li n-nar f’Nantes ma kienx “xenarju ta ‘Notre-Dame”.



nantes

Il-President Emmanuel Macron irreaġixxa, billi kiteb: “Wara Notre-Dame, il-Katidral ta’ San Pietru u San Pawl hu fi fjammi. Appoġġ lil tat-tifi tan-nar li qed jieħdu r-riskji kollha biex isalvaw il-ġojjell Gotiku.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI