Grupp ta’ erbat iħbieb spiċċaw jiżfnu u jiddervertu f’waħda mill-isbaħ xeni li għadna f’pajjiżna fi nżul ix-xemx! Il-bajja ta’ Għajn Tuffieħa toffri spettaklu mill-isbaħ, bi sfond tal-istampi u dawn l-erbat iħbieb malajr ħadu l-opportunità sabiex joħolqu filmat mill-isbaħ!
Huma għamlu żifna li qed narawha ssir aktar u aktar popolari fuq il-midja soċjali u bil-mod din iż-żifna qed iddur il-pajjiżi. Kien imiss lil Malta! Insomma aħna ta’ Gwida.mt iddeċidejna li naqsmu din ix-xena spettakolari magħkom u anke t-talent ta’ dawn l-erbat iħbieb!
Jekk għandkom xi filmat simili jew inkella xi ritratti mill-isbaħ ta’ Malta fi nżul ix-xemx, nieħu gost jekk taqsmuhom magħna fil-kummenti fuq Facebook.
Facebook / Catherine Mercieca