Jekk forsi ma kontx taf, mela se ssir taf issa! Il-ħabs ta’ Malta għandu l-forn tiegħu li matul is-snin ipprovda taħriġ lil bosta priġunieri li xtaqu jiksbu esperjenza pożittiva. Wieħed issa jista’ jixtri l-prodotti minn dan il-forn għal ftit ġimgħat biss.
“Matul is-snin dan il-forn sar magħruf għat-tjubija tal-prodotti tiegħu. Int ukoll tista’ dduq dawn il-prodotti ġenwini minn ħobż tal-Malti għal qagħaq tal-ħmira u l-famużi qagħaq tal-appostli,” ġie miktub fuq il-paġna ta’ Facebook.
“Minn nhar is-Sibt 20 ta’ Frar sal-aħħar ta’ Marzu, tistgħu tixtru dawn il-prodotti minn quddiem il-faċilità korrettiva. Valletta Road. Paola. Narawkom.”
Allura titħajjar tixtri xi prodotti mill-fora tal-ħabs? Iktbilna fil-kummenti.
Facebook/Malta Correctional Services Agency