Bil-Filmat: “Vera Li L-Ħajja Iebsa… Int Trid Tkun Bastun Li Żżomm Miegħu U Trid Tqum Minn Hemm” – Ivan Gaffiero

Ivan Gaffiero

Waqt il-programm Kuxjenza, Ivan Gaffiero tkellem dwar ir-realtà iebsa tal-ħajja u l-isfidi li ħafna persuni jgħaddu minnhom ta’ kuljum.

Huwa tkellem b’mod ċar u onest dwar kif il-ħajja mhux dejjem faċli u kif, f’ħafna każi, in-nies iħossuhom mgħobbija b’piżijiet emozzjonali u personali li jħalluhom vulnerabbli. Skont Gaffiero, dawn l-esperjenzi huma parti mill-vjaġġ tal-ħajja u jitolbu saħħa interna kbira biex wieħed ikompli miexi ’l quddiem.

Fil-messaġġ tiegħu, Ivan saħaq, “Importanti ħafnali dejjem tħossok tajjeb, u trid tqum minn hemm. Hekk dejjem ngħidilhom lin-nies, anke fil-live videos u hekk,

Hu jenfasizza r-responsabbiltà personali, billi qal li wieħed irid ikun kapaċi jsir “il-bastun tiegħu nnifsu”. Dan il-kliem wassal messaġġ ta’ kuraġġ u awtonomija, li jħeġġeġ lin-nies isibu s-saħħa ġewwa fihom infushom anke fl-aktar mumenti diffiċli.

Segwi hawn:







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI