Bil-Filmati: Dalgħodu Qed Tiġi Ċċelebrata L-Ħajja Taċ-Ċkejkna Emily

Dalgħodu ġewwa l-Fgura qed tiġi ċċelebrata l-ħajja taċ-ċkejkna Emily li serqet il-qlub tal-Maltin u Għawdxin. Ħafna kienu dawk li nġabru biex jitolbu għaċ-ċkejkna Emily iżda l-Ħallieq riedha tgawdi l-ħajja ta’ dejjem miegħu.



Dan ir-reklam ser jispiċċa f’0 sekondi

Aħna kellna ċ-ċans li nitkellmu ftit ma’ waħda mill-infermiera li kienet qed tikkura lil Emily ġewwa Malta fejn qaltilna anke wara li telqu minn Malta baqgħu f’kuntatt ma’ ommha Vanessa u għamlulha tant u tant kuraġġ. 



Dan ir-reklam ser jispiċċa f’0 sekondi

Nicholas Borg Bonaci tas-Social Channel ukoll tkellem u qalilna li llum qed issir din iċ-ċelebrazzjoni ta’ qaddisa. Issa bħal ma tlabna għal Emily nistgħu nitolbu lilha biex tgħinna f’dak li hemm bżonn.



Dan ir-reklam ser jispiċċa f’0 sekondi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI