Bir-Ritratt: Iġorr Tank Ilma Fuq Is-Saqaf Tal-Karozza Fl-Eqqel Ta' Mewġa Ta' Sħana Tremenda!

Is-sħana qed tagħmel tagħha u l-bżonn li nixorbu l-ilma żdied immensament matul is-sajf tal-2021. Kull fejn inkunu ħa nħossu l-bżonn li jkollna xi flixkun ilma magħna u jekk le, nibqgħu nibqgħu sakemm insibu minn fejn. Żgur li mhux l-ewwel darba li waqaft tixtri minn x’imkien meta tkun fi triqtek għal x’imkien. 

Apparti kollox l-awtoritajiet tas-saħħa kontinwament iħeġġuna biex nixorbu l-ilma u dwar l-importanza li għandu għal saħħitna. Jidher li hawn min solva l-problema kollha għal dan, u ra kif għamel u ġarr miegħu sors tal-ilma għal meta jkun f’xi traffiku ngħidu aħna. Fil-fatt irċevejna ritratt minn ġol-Marsa ta’ karozza armata b’tank tal-ilma fuq is-saqaf. Xi ħaġa li rari jew kważi qatt ma tistenna li ħa tara bħalha! 



df



Titħajjar tarma tank bħal dak?!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI