Il-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg qasam messaġġ qasir iżda mimli mħabba biex jiċċelebra għeluq snin ommu.
F’ritratt li tellgħa fuq il-midja soċjali, huwa awgura lil ommu “Happy Birthday” u esprima kemm hija persuna speċjali għalih. Fil-messaġġ tiegħu kitebm “Happy Birthday lil ommi. Inħobbuk bla qies. Mara b’qalb tad-deheb.”
Il-kliem sempliċi iżda sinċier tiegħu juri r-rispett u l-imħabba kbira li għandu lejn ommu, li hu ddeskriviha bħala mara b’qalb tad-deheb, xi ħaġa li kull min jafha jista’ jixhed dan il-kliem.
Il-post ġibed diversi kummenti ta’ awguri minn nies li ngħaqdu miegħu biex jawguraw lil ommu f’dan il-jum speċjali.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nixtiequlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ, flimkien ma’ sena mimlija saħħa, hena u paċi f’qalbha.
Facebook / Ian Borg