Bir-Ritratti: Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Sammy Galea

Ilbieraħ wara nofsinhar ingħatat l-aħħar tislima lil Salvino Galea, magħruf ma’ kulħadd tista’ tgħid bħala Sammy Galea. Sammy tagħna wħud mill-aqwa kanzunetti bil-Malti u jibqa’ magħruf l-aktar għall-kanzunetta Singing This Song ta’ Renato li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-1975. Barra minn din il-kanzunetta hu kiteb diversi kanzunetti li żgur li ħa nibqgħu ngawdu fir-repertorju Malti.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Sammy saret proprju fil-knisja tal-Floriana, ftit metri ‘l bogħod minn fejn trabba u għex Sammy Galea. Il-quddiesa kienet animata bil-vuċijiet ta’ Ivan Grech, Pamela Bezzina, Glen Vella u Lawrence Gray li kienu akkumpanjati fuq il-pjanu minn Christian Borg filwaqt li George Curmi l-Puse’ sellimlu bil-ħoss mill-isbaħ tal-vjolin.

Il-Furjaniż Stephen Tonna qasam xi ritratti u filmati mill-aħħar vjaġġ ta’ Sammy fejn fakkar, “Balzunetta f’żmien xahrejn tilfet żewġ teżori kbar, żewġ ulied li għamlu ġieh – Oliver Friggieri u Sammy Galea.” Hu temm jgħid, “Strieħ fis-sliem ħabib ħutna Furjaniż.”

Strieħ fis-sliem Sammy u grazzi tal-kanzunetti sbieħ li ħallejtilna warajk.





Facebook / Gray Lawrence



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI