“Bis-Saħħa Ta’ Din Il-Lotterija Se Nagħmlu Ġid Kbir Lill-Annimali Li Tant Jistħoqqilhom” – Anna Vella

Ftit jiem ilu l-attivista Anna Vella tellgħet filmat fejn fih ferħana se ttir u tissielet mal-emozzjonijiet tagħha ħabbret li bis-saħħa tal-lotterija tal-VAT irnexxielha tirbaħ ‘il fuq minn €11,000 li se tkun qiegħda tuża għall-ġid tal-annimali abbandunati li b’mod regolari taħdem qatigħ sabiex tgħin.

Dalgħodu l-attivista ħabbret fuq il-midja soċjali li rċeviet il-premju u tenniet mill-ġdid il-ferħ tagħha li din il-lotterija se tkun qiegħda tgħin daqstant annimali li tant għandhom bżonn l-għajnuna.

“B’din il-lotterija se nagħmlu ħafna ġid lill-anġli tagħna li tant u tant jistħoqqilhom,” sostniet l-attivista.







Ritratti:

Facebook / Anna Vella

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI