Bosta Impressjonati Bit-Talent Ta’ Artist Lokali F’Tattoo Tal-Eks Prim Ministru Dom Mintoff

L-artist lokali tat-tattoos Jake Falzon ħalla lil bosta impressjonati bil-ħiliet artistiċi tiegħu meta, matul dawn l-aħħar sigħat, ippubblika filmat fuq il-midja soċjali fejn wera l-aħħar tpinġija tiegħu.

F'din it-tpinġija jidher il-mibki eks Prim Ministru ta' Malta Dom Mintoff akkumpanjat mis-Salib ta' Malta kif ukoll minn par ingwanti tal-boxing.

It-tpinġija qanqlet kummenti ta' tifħir fost bosta li rrikonoxxew il-ħiliet artistiċi tal-artist Jake Falzon.

Ritratt:

Instagram / Jake Falzon

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI