Il-paġna It-Temp Madwarna tat l-aħħar aġġornament dwar it-temp tal-lum, fejn spjegat li l-ġurnata mistennija tkun bnazzi iżda b’ammont varjabbli ta’ sħab għoli.
Skont it-tbassir, it-temp se jinħass umdu u sħun, b’riħ moderat minn Nofsinhar il-Lbiċ (SSW) b’forza bejn 4 u 5.
L-ogħla temperatura mistennija tilħaq is-26°C, filwaqt li l-inqas temperatura matul il-lejl tinżel għal 20°C. Madankollu, minħabba l-umdità, it-temperatura tinħass daqs 28°C matul il-jum.
Il-paġna wissiet ukoll li l-baħar se jkun moderat, iżda f’ċerti żoni jista’ jsir ftit qawwi, u għalhekk wieħed għandu joqgħod attent. L-indiċi UV huwa ta’ 3.
Flimkien mal-aġġornament tat-temp, il-paġna qasmet ukoll ritratt sabiħ meħud kmieni dalgħodu mix-xatt ta’ Tas-Sliema, li għalih irringrazzjat lil Julia Bonett. Ritratt li jagħti stampa sabiħa tal-kundizzjonijiet tat-temp f’Malta fil-bidu tal-ġurnata.