"Brother Edwin Chircop Miet Ħesrem Waranofsinhar Fid-Dar Komunitarja Ta’ Stella Maris, Il-Gżira… Fl-Età Ta’ 78 Sena." – La Salle Malta

B’dieqa La Salle Malta ħabbru l-mewt ta’ Brother Edwin Chircop, fuq il-midja soċjali. “Brother Edwin Chircop miet ħesrem waranofsinhar fid-Dar Komunitarja ta’ Stella Maris, Il-Gżira…”

Brother Edwin kellu 78 sena. Id-dieqa kbira tiegħu qed tinħass bil-kbir mill-aħwa kollha f’De La Salle, mill-familja tiegħu, mill-kollegi kollha tal-kulleġġi, u mill-istudenti kollha.

“Ilkoll niftakruh bħala ħuna umli u eżemplari li għex il-vokazzjoni tiegħu permezz tal-eżempju tajjeb tiegħu ta’ edukatur ħabrieki u dedikat għall-aħħar. Permezz tal-umiltà, l-għarfien u l-ispirtu ta’ servizz tiegħu, għamel differenza pożittiva fil-ħajjiet tal-eluf ta’ studenti li għallem u ltaqa’ magħhom matul is-snin.”

Strieħ fis-sliem Brother Edwin Chircop. Il-ġid li wettaqt ser jibqa’ jissemma għal dejjem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI