Caritas Dalwaqt Tiftaħ Dar Għal Dawk Li Waslu Biex Itemmu L-Programm Tar-Riabilitazzjoni

Dar Caritas

Il-Fondazzjoni Caritas Malta tinsab fl-aħħar fażijiet biex tiftaħ residenza ġdida ta’ After Care fin-Naxxar, maħsuba għal persuni li daqt se jkunu lestew il-programm ta’ riabilitazzjoni tagħhom.

Skont dak li tħabbar mill-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), din il-fażi hija meqjusa bħala waħda mill-aktar importanti fil-proċess ta’ rijabilitazzjoni. Dan minħabba li r-riskju ta’ “relapse” jew li persuna terġa’ taqa’ fil-vizzju jkun ħafna akbar, partikolarment għal dawk li ma jkollhomx sostenn familjari jew post stabbli fejn joqogħdu.

DOI jiktbu, “Din id-dar fin-Naxxar, qed tkun meqjusa bħala stepping stone u l-għan tagħha mhux biss marbut ma’ akkomodazzjoni, iżda li tmur sabiex tagħti stabbiltà, dinjità u fuq kollox pjan ta’ struttura.”

Permezz ta’ din l-inizjattiva, Caritas Malta qed tkompli ssaħħaħ il-ħidma tagħha u toffri sapport konkret f’mument kruċjali ta’ diversi persuni.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI