“Ċaw Pa u grazzi” – Imut Missier L-Istilista Lokali Marco Parascandalo

Ġurnata li għal ħafna tfisser ferħ u ċelebrazzjoni, għall-familja Parascandalo nqalbet f’mument ta’ dieqa profonda. Raymond Parascandalo missier l-istilista lokali Marco Parascandalo ħalla din id-dinja, proprju f’lejlet Jum il-Milied.

L-aħbar tħabbret permezz ta’ messaġġ emozzjonanti minn bosta persuni qrib tiegħu. It-tifel tiegħu Marco Parascandalo kiteb “Ċaw Pa u Grazzi,” flimkien ma’ ritratt ta’ missieru.



Il-mara tiegħu Tania Parascandalo, qasmet ukoll mument personali u mimli tifsira fuq il-midja soċjali. Fi kliem li mess il-qlub ta’ ħafna, hija esprimiet kif Raymond “mar jiċċelebra l-Milied mal-familja tiegħu”, filwaqt li talbet lill-pubbliku sabiex iżommuhom fit-talb u l-ħsibijiet tagħhom f’dan il-mument diffiċli. 



Ir-ritratt li akkumpanja l-messaġġ, li juri lil Raymond iżomm statwa tat-tarbija Ġesù f’dirgħajh, qanqal reazzjonijiet ta’ solidarjetà u mħabba minn bosta persuni li esprimew il-kondoljanzi tagħhom u qasmu messaġġi ta’ sapport lill-familja.



Minn qalbna, aħna ningħaqdu ma’ dawk kollha li qed iwasslu l-kondoljanzi tagħhom u nibagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u qraba ta’ Raymond f’dan il-mument ta’ niket. Jistrieħ fis-sliem. 🕊️

Ritratti:

Facebook/ Marco Parascandalo u Tania Parascandalo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI