Fuq il-paġna tal-Arċdjoċesi ta’ Malta, nitgħallmu dwar x’qal l-Arċisqof fir-raba’ Ħadd tar-Randan.
Kitbu, “Fir-raba’ Ħadd tar-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna jirrifletti fuq il-passaġġ tal-Evanġelju fejn Ġesù ifejjaq lir-raġel imwieled agħma u jispjega li ma kienx f’dik il-qagħda minħabba d-dnub. Hu jfakkar li bl-istess mod, dak li ninħelsu minnu fil-magħmudija bħala trabi mhuwiex għax nitwieldu wara li sar dnub, imma għax nitwieldu f’qagħda ta’ għama spiritwali li Ġesù għandu l-qawwa jeħlisna minnha. Permezz tal-miraklu, Ġesù juri li hu d-dawl tad-dinja u jrid ikun ukoll id-dawl ta’ ħajjitna. L-Arċisqof jistedinna nistaqsu lilna nfusna: Aħna rridu nkunu dixxipli ta’ Ġesù u nilqgħu l-qawwa tiegħu f’ħajjitna? L-Arċisqof ifakkar ukoll kliem ta’ San Pawl lill-Efesin li jistedinna ngħixu bħala wlied id-dawl “f’kulma hu tjieba, ġustizzja u verità. (Ef 5:8-11).”
Nirringrazzjawh ta’ din l-ispjegazzjoni li tkompli ssaħħaħ l-imħabba tagħna lejn Alla.
Facebook / Archdiocese of Malta