“Dan Il-Ġgant Griż Jidher Qed Jixxabbat Biex Jgħaddi Minn Ġo Toqba Fil-Ħajt” – Edward Bonello

Fuq il-paġna tiegħu, Edward Bonello beda serje ta’ kitbiet imsejħin ‘L-Arti Tieqa Għall-Ġenna’ fejn huwa juża l-arti biex jirrifletti fi żmien ir-Randan.

Għall-ħdax- il jum, huwa kiteb fuq ‘The Mediterranean Door’.

Hu spjega, “Fl-2015, l-artist MTO kien ħoloq dan il-mural bħala parti mis-Sliema Arts Festival. Fih, dan il-ġgant griż jidher qed jixxabbat biex jgħaddi minn ġo toqba fil-ħajt. Il-ħaġa kurjuża kienet li f’Sapri fl-Italja, tfaċċa l-kumplament tal-ġgant, qed jixxabbat biex joħroġ minn ġo ħajt ieħor. Bl-arti u l-immaġinazzjoni, l-artist irnexxielu joħloq portal maġiku, li minnu qabad lil dan il-ġgant għaddej! Kien mural inteliġenti apparti li kurjuż, li jikkummenta fuq ir-rabta bejn iż-żewġ pajjiżi, imma wkoll dwar il-kriżi tal-imigrazzjoni. Kien, għax illum jinsab biss fir-ritratti.”



Tiftakruh dan il-mural intom?





Ritratti:

Facebook / Edward Bonello

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI