Dan Il-Prodott M’Għandux Jiġi Kkunsmat Minn Persuni Allerġiċi Jew Intolleranti Għall-Glutina Peress Li Nstab Li Fih Traċċi Ta’ Glutina

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Dipartiment tal-Informazzjoni qasmu avviż mill-Awtorità Għas-Sigurta Tal-Ikel dwar prodott li m’gżandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina peress li nstab li fih traċċi ta’ glutina.

Qalu, “Skont il-Kap 649 tal-Att dwar is-Sigurtà tal-Ikel, u f’konformità mar-rwol tal-Awtorità li tassigura t-trasparenza u l-għarfien pubbliku dwar kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-ikel, l-Awtorità qed tinforma lill-pubbliku bl-informazzjoni li rċeviet permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, (RASFF). Il-prodott imsemmi m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina peress li nstab li fih traċċi ta’ glutina.”

Żiedu, “Prodott:‘Roasted Chicken Flavoured Fried Corn’

Ditta:Boy Bawang Cornick

Kodiċi tal-Prodott:4800631681311

Oriġini:Fillipini

Użin:90g

Data tad-durabbiltà:14/01/2027.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI