Ta’ kull sena, Gwen li għandha 13-il sena tħejji numru kbir ta’ figolli b’risq Puttinu Cares u din is-sena diġa bdiet bil-ħidma. Permezz ta’ kitba fuq il0paġna tagħha fuq Facebook Gwen’s Cooking Club, hi żammet lis-segwaċi aġġornati bil-proċess s’issa.
Hi qalet, “L-ewwel fażi tal-proġett tal-figolli ta’ din is-sena b’risq Puttinu cares hija lesta! Wara ġimgħa ta’ ħidma bla waqfien, irnexxielna nippreparaw 350kg ta’ għaġina. Minn għada, l-ħidma tkompli hekk kif nibdew it-tieni fażi tal-produzzjoni. Grazzi kbira lill-isponsors li jkomplu jagħmlu dan il-proġett possibbli.”
Prosit kbira!