Kevin Borg, mill-pjattaforma soċjali tiegħu, itella’ memorja sabiħa tan-nannu tiegħu li kien jilgħab il-footbal fit-team nazzjonali.
“Dan ir-ritratt ifisser ħafna għalija.Kif ħafna minnkom diġà jafu, nannuwi Lolly Debattista – ex player tat-team nazzjonali Malti – ħalliena erba’ snin ilu. Jiena partitarju ta’ Chelsea Football Club, u dan ir-ritratt juri lil Nannu Lolly (fuq ix-xellug) dieħel fil-ground ta’ Stamford Bridge biex jilgħab kontra Chelsea FC!
Kien jgħidli bosta stejjer, u kont nisma’ bihom b’kburija kbira. Ir-rieda tiegħu, il-passjoni, u l-istorja tiegħu jibqgħu miegħi dejjem.Strieħ fis-sliem, Nann. Naf li issa qiegħed tilgħab u tikkowċja fis-sema!”
Nitolbu li n-Nannu Lolly jistrieħ fis-sliem ta’ Alla. Il-memorja tiegħu tibqa’ ħajja f’qalb dawk kollha li għarfu l-kobor tiegħu, kemm fil-futbol kif ukoll bħala persuna umli u mħabba.