“Daqshekk Ser Nirċievi Telefonati Mingħandek Biex Dejjem Nivvintaw, Nippjanaw U Nfasslu Xi Attività” – Jorge Grech B’Messaġġ Lil Mary Anne Li Ħallietna

Il-komunità edukattiva ta’ Ħaż-Żabbar tinsab imnikkta wara l-aħbar tal-mewt ta’ Ms. Mary Anne Vaaben, assistenta kap tal-Iskola Primarja B, li mietet illum. L-aħbar ħasdet lill-għalliema, lill-istudenti u lil dawk kollha li kellhom ix-xorti jaħdmu jew jiltaqgħu magħha.

F'messaġġ mill-iskola fuq il-midja soċjali, ġie magħruf kif Ms. Vaaben kienet kollega rispettata u ħabiba għal ħafna, u li l-memorja tagħha se tibqa’ marbuta ma’ ħidma dedikata u preżenza pożittiva fil-komunità skolastika. L-iskola fakkret ukoll li f’dawn il-mumenti diffiċli, l-appoġġ psikoloġiku għall-istaff se jkun disponibbli permezz tas-Servizz ta’ Appoġġ għall-Impjegati, li se jiġi offrut ukoll għada.

Anke s-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar sellem il-memorja tagħha, u ddeskriviha bħala mara dedikata u dejjem bi tbissima li kienet iġġib ferħ lill-istudenti u lil min jaħdem magħha. Huwa fakkar ukoll il-kollaborazzjoni tagħha f’diversi attivitajiet edukattivi, fosthom il-Police Day, li ħallew marka pożittiva fuq il-komunità skolastika.

Huwa qal li dawn il-mumenti ta’ ħidma flimkien jibqgħu mfakkra b’għożża, u rringrazzja lil Ms. Vaaben għall-kontribut tagħha lejn l-edukazzjoni ta’ tfal Żabbarin.

Il-komunità kollha issa tingħaqad biex tagħti l-aħħar tislima u tgħid grazzi lill-persuna li ħalliet impatt ċar u qalb kbira fuq ħafna.

Strieħ fis-sliem Ms. Mary Anne Vaaben. 🕊️

Ritratti:

Facebook/ Jorge Grech u Mary Anne Vaaben

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI