MP Ingliż kiteb ittra lill-President ta' FIFA Gianni Infantino fejn talab sabiex tiġi revokata l-karta ħamra li lbieraħ wieħed mill-plejers tat-tim Ingliż ingħata waqt il-partita ta' bejn l-Ingilterra u l-Messiku.
Fl-ittra l-MP irrefera għad-deċiżjoni kontroversjali li ttieħdet ftit jiem ilu minn FIFA sabiex titneħħa karta ħamra li plejer Amerikan ingħata f'konfront li kien hemm bejn l-Amerika u l-Bożnia u l-Ħerżegovina.
Din id-deċiżjoni kienet qanqlet kontroversja għaliex ittieħdet ftit wara li l-President Amerikan Donald Trump kellu konverżazzjoni mal-President ta' FIFA Gianni Infantino, fejn fiha l-President Amerikan esprima l-fehma tiegħu li "dak ma kienx foul".
Fl-isfond ta' dan kollu, l-MP Ingliż sostna fl-ittra tiegħu li sabiex tinżamm l-integrità ta' dan il-kampjonat dinji, jeħtieġ li r-regoli "jiġu applikati għal kulħadd bl-istess mod".
Facebook / USA Today Sports u The Sun Football