Lura f’lejliet l-ewwel tas-sena, waqt li awguraw lis-segwaċi tagħhom, Ivan u Simone De Battista qalu xi ħaġa li qanqlet ħafna kurżità – “Ħeq, ħeq… Daqt niżvelaw xi ħaġa kbira li ilha tinħema bil-mod… il-mod! Dik għal darb’oħra!”
Simone kompliet fuq li kiteb Ivan, u kkonfermat li iva daqt jagħtu ħafna dettalji. Fil-kummenti anke l-preżentatur Ryan Mark De Battista, it-tifel ta’ Ivan u Simone, kompla magħhom hekk kif kiteb li, “Dalwaqt!”
“Daqt tingħeleb il-kurżità! Uff… kemm nixtiequ niżvelaw dak li qed jitfassal! Imma… Bħal donnu l-ġimgħa d-dieħla se jkun hemm xaqq dawl. Lesti?,” kitbet Simone.
Jidher li qed noqorbu biex niskopru x’inhu l-proġett ġdid ta’ Ivan u Simone.
Facebook/ Ivan De Battista