lllejla, waqt il-programm TV and Radio Retro, li jixxandar fuq ONE Radio bejn is-18:00 u t-20:00, David Muscat se jerġa’ jgħaqqad flimkien uħud mill-atturi tas-sensiela popolari Simpatiċi.
Il-programm, li ilu jixxandar tul dan is-sajf, għandu l-għan li jwassal lill-pubbliku intervisti ma' personalitajiet li sawru t-televiżjoni u r-radju lokali fil-passat.
Għall-okkażjoni ta’ għada, it-telespettaturi u s-semmiegħa se jkollhom l-opportunità jiltaqgħu mill-ġdid ma’ wħud mill-uċuħ li baqgħu mfakkra minn din is-sensiela maħbuba.
TV and Radio Retro qed jieħu lis-semmiegħa fi vjaġġ ta’ nostalġija, b’tifkiriet ta’ cartoons, telefilms, programmi tar-radju u tat-televiżjoni, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, li ddominaw it-tfulija ta’ bosta ġenerazzjonijiet.
Il-programm, li għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ David Muscat, qed ikompli jħares lura lejn mumenti u personalitajiet li ħallew marka fuq ix-xena tax-xandir matul is-snin, filwaqt li jerġa’ jqanqal memorji ta’ żmien li għal ħafna jibqa’ sinonimu mat-tfulija u divertiment ta’ kwalità.

Facebook/ David Muscat