Lill-Ministru Owen Bonnici rajnieh f’diversi filmati u avvenimenti relatati mal-Malta Eurovision dan l-aħħar, u llum sab ħin biex iżur lill-kru kollu ta’ dan il-festival prestiġjuż.
Fil-filmat jidher jiltaqa’ mal-kantanti li qed jikkompetu, u ma’ diversi membri mit-tim u l-kru kollu tal-Malta Eurovision ta’ din is-sena.
“Illum jibda l-Eurovision Song Malta. Kelli l-opportunità nqatta’ ftit ħin sabiħ man-nies li jaħdmu minn wara l-kwinti. Dawn il-ħaddiema huma verament dedikati u s-sehem tagħhom hu kruċjali biex avveniment bħal dan jittella’ b’suċċess. Viva Malta u viva l-mużika!”
Nawguraw serata mill-aqwa!