Janice Mangion Tħabbar Album Ġdid “Kewkba fl-Univers” B’14-Il Kanzunetta

Il-kantanta Maltija Janice Mangion ħabbret li dalwaqt se tkun qed tniedi album ġdid bl-isem Kewkba fl-Univers, li se jinkludi 14-il kanzunetta.



F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, Janice kitbet, “Wasal il-mument. Kewkba fl-Univers. L-album tiegħi b’14-il kanzunetta! Aktar informazzjoni fil-jiem li ġejjin.” Hija akkumpanjat il-messaġġ tagħha b’entużjażmu kbir, u wriet kemm dan il-pass huwa importanti fil-vjaġġ mużikali tagħha.



Minn dak li jidher s’issa, l-album Kewkba fl-Univers se jkun ġabra ta’ kanzunetti li Janice diġà ħarġet matul dawn l-aħħar snin, iżda mhux biss. Jidher ukoll li l-album se jinkludi kanzunetta ġdida, kif ukoll verżjoni speċjali tal-kanzunetta Univer”, li biha rajna lil Janice tikkompeti fil-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.



Din l-aħbar qajmet interess fost is-segwaċi tagħha, li issa qed jistennew aktar dettalji dwar l-album, inkluż id-data uffiċjali tar-rilaxx u aktar informazzjoni dwar il-kanzunetti li se jiffurmawh.

Aktar dettalji dwar Kewkba fl-Univers mistennija jitħabbru fil-jiem li ġejjin.

Ritratti:

Facebook / Janice Mangion

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI