Il-paġna tal-AAA, l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati qasmet ritratt ta’ żewġt iklieb verament ħelwin li jidher li bħalissa jinsabu mitlufin. Il-paġna qed tagħmel appell biex kull min rahom jagħmel kuntatt mas-sid ta’ dawn il-klieb.
Huma kitbu, “U issa żewġt iklieb neqsin, miż-żona Bingemma. Jekk jogħġbok nitolbuk biex taqsam din l-aħbar ukoll… Bugzy huwa l-abjad u Snoopy huwa l-iswed. Jekk jogħġbok jekk tarahom jew qegħdin għandkom, ċempel lill-familja tagħhom fuq 79988906.”
Ejja ħa ngħinuhom issibu lil Bugzy u lil Snoopy flimkien! Sforz kollettiv minn kulħadd!
Facebook / AAA