Debbie Scerri Tħabbar Li L-Għażiża Ommha Angela Ingħaqdet Mal-Ħallieq

Mument ta’ niket ġie maqsum mill-kantanta, preżentatriċi u personalità lokali Debbie Scerri, hekk kif ħabbret il-mewt ta’ ommha, Angela.

F’messaġġ emozzjonanti, Debbie esprimiet is-sogħba kbira tagħha għal din it-telfa. “B’qalb tqila u b’dieqa kbira naqsmu t-telfa tal-għażiża ommna Angela,” qalet, filwaqt li talbet għall-appoġġ u t-talb f’dan il-mument diffiċli.



Hija ħabbret ukoll id-dettalji tal-funeral, fejn iċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja ta’ Angela se ssir nhar l-Erbgħa 15 ta’ April fit-15:00, b’quddiesa f’Ta’ Ġieżu l-Belt.



Il-familja appellat ukoll biex minflok fjuri, jingħataw donazzjonijiet lil Hospice Malta, bħala ġest ta’ solidarjetà u appoġġ lejn il-ħidma tagħhom.

F’dan il-mument ta’ niket, ħafna qed jingħaqdu biex iwasslu l-kondoljanzi tagħhom lil Debbie u lill-familja kollha tagħha, filwaqt li jiftakru f’Angela b’għożża u rispett. F’isem it-tim ta’ Gwida, ningħaqdu ma’ dawn il-kondoljanzi u nsellmu l-memorja tal-għażiża ommha!

Strieħ fil-paċi!



Ritratti:

Facebook / Debbie Scerri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI