Il-Membru Parlamentari Ivan Castillo awgura lis-subien għeżież tiegħu f’jum għeluq sninhom, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu li fih esprima kemm għandu mħabba u apprezzament lejhom.
“Triplets... imma fl-isem biss. Tliet persuni kompletament differenti, tliet personalitajiet differenti, interessi, tħobbu affarijiet differenti, u dan huwa eżatt dak li jagħmilkom daqshekk speċjali u uniċi. Iktar ma tikbru, iżjed nieħu pjaċir inqatta’ ħin magħkom, narakom timmaturaw, nidħku flimkien, u naqsmu konverżazzjonijiet u memorji flimkien.”
“Dejjem se nkun hawn għalikom, nappoġġjakom, nemmen fikom, u nħobbkom ma’ kull pass. Grazzi, dejjem, ta’ kollox. Inħobbkom iżjed milli tafu.”
Nawgurawlhom mill-qalb f’din il-ġurnata tant speċjali! Nisperaw li jkollhom ġurnata mill-isbaħ mal-iktar għeżież tagħhom!
Facebook / Ivan Castillo