Is-soċjeta` Maria Bambina sellmet il-memorja tal-Patri Alfred Debono, permezz ta’ kitba fuq il-paġna uffiċjali tagħhom.
Kitbulu, “B’sogħba kbira nsellmu l-memorja ta’ Patri Alfred Debono mill-Mellieħa, li lbieraħ, il-Ġimgħa 11 ta’ Settembru 2026, ħalla din id-dinja. F’Awwissu 2022, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, bħala Għaqda kellna l-unur nieħdu sehem fil-funzjoni li ġiet iċċelebrata fil-Knisja Arċipretali tal-Mellieħa. Kellna wkoll il-pjaċir niltaqgħu miegħu fl-okkażjoni riċenti tal-programm tal-1 ta’ Settembru. Patri Alfred kien dejjem jattendi b’entużjażmu għal dan il-programm, kull meta ċ-ċirkustanzi kienu jippermettulu.”
Żiedu jgħidu, “Illum, filwaqt li nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familjari u lill-għeżież tiegħu, niftakru fih fit-talb tagħna. Grazzi, Patri Alfred, għall-ħidma, l-imħabba u l-ġid kollu li għamilt kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Ħidmietek tibqa’ mfakkra u apprezzata.”
Jistrieħ fis-sliem u l-paċi mal-Missier.
Facebook / Oral and Orchestral Society Maria Bambina