Waqt intervista li kellu MATT BLXCK fuq TVAM xi jiem ilu, hu jitkellem dwar il-mument meta avviċinah it-tim tal-produzzjoni ta’ Love Island Malta biex jaħdem fuq il-kanzunetta uffiċjali tar-raba’ staġun.
MATT għoġbitu l-idea minnufih u kien lest biex jibda jaħdem fuqha. Ma kienx żmien faċli meta sar jaf dwar dan, hekk kif kien ma jiflaħx.
“Din ġrat f’perjodu meta konta ma niflaħx, vera ma kelli ispirazzjoni ta’ xejn. Għall-ewwel bdejt ninkwieta,” jgħid MATT. B’xi mod jew ieħor MATT irnexxielu jingħaqad mat-tim tiegħu u joħloq kanzunetta li ċertament ħa nisimgħuha ħafna fix-xhur li ġejjin.
Prosit tassew! Ara l-intervista sħiħa fuq TVAM HAWN